Ir-Rapporti Annwali tal-Mużew (R.A.M.) huma rekord affaxxinanti tat-tibdil fil-perspettivi lejn il-patrimonju kulturali fil-Gżejjer Maltin. Il-kollezzjoni sħiħa qed issir disponibbli onlajn f’konformità mal-missjoni tas-Sovrintendenza li tiffaċilita l-aċċessibilità għall-patrimonju kulturali ta’ Malta.

Ir-R.A.M. huma rekord tal-ħidma tad-Dipartiment tal-Mużewijiet mit-twaqqif tiegħu fl-1903 sax-xoljiment tiegħu fl-2003, mad-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (2002) Id-Dipartiment tal-Mużewijiet ġie sostitwit bit-twaqqif ta’ entitajiet kulturali nazzjonali, fosthom is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħala r-regolatur tas-settur, u Heritage Malta bħala l-entità nazzjonali responabbli mill-ġestjoni tal-mużewijiet, siti u prattiċi ta’ konservazzjoni nazzjonali.

Ir-R.A.M jinkludu rapporti dwar is-sejbiet u l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi ewlenin li saru matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ukoll l-akkwisti li saru bħala parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali. Barra minn hekk, ta’ interess hemm statistiċi inklużi fir-rapporti, li għandhom x’jaqsmu man-numri tal-viżitaturi għal mużewijiet differenti.

Rapporti

Skip to content