Back

Mandat

Fil-Gżejjer Maltin, il-protezzjoni u r-regolamentazzjoni statutorji tal-patrimonju kulturali jmorru lura għall-Ordinanza tal-1910, aġġornata b’sensiela ta’ Atti, bl-aħħar wieħed ikun l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali tal-2019, u kif emendat bl-Att XLI tal-2021. L-għan ewlieni ta’ din il-leġiżlazzjoni huwa li tiżgura li l-patrimonju kulturali ta’ Malta jkun protett, ikkonservat u promoss b’mod adegwat.

Fi ħdan dan il-qafas legali, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ġiet stabbilita bħala r-regolatur tal-Istat għall-patrimonju kulturali u ngħatat il-missjoni li tiżgura l-protezzjoni u l-aċċessibbiltà tal-patrimonju kulturali. L-Att jistabbilixxi wkoll il-funzjonijiet tas-Sovrintendenza.

Il-Patrimonju Kulturali

Il-patrimonju kulturali huwa r-riżultat tal-espressjoni, l-esperjenza u l-kisbiet tal-bniedem tul iż-żmien u huwa xhieda tal-ġenerazzjonijiet tal-passat, iservi l-preżent u huwa ta’ ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-patrimonju kulturali jinkludi patrimonju immobbli, mobbli u intanġibbli, misjub fuq l-art u fil-baħar, proprjetà tal-Istat, persuni privati jew proprjetà ta’ istituzzjonijiet.

Il-patrimonju kulturali huwa assi ta’ valur spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomiku li ma jistax jiġġi mibdul, u l-protezzjoni u l-promozzjoni tiegħu huma indispensabbli għal ħajja bilanċjata u kompluta (l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Art. 4). Il-patrimonju kulturali huwa assi ta’ valur spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomiku li ma jistax jiġġi mibdul, u l-protezzjoni u l-promozzjoni tiegħu huma indispensabbli għal ħajja bilanċjata u kompluta (l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Art. 4). Il-patrimonju huwa benefiċċju li kulħadd igawdi b’mod responsabbli fuq il-bażi tas-Sostenibbiltà kif definit mill-Kummissjoni Dinjija dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (WCED) fid-dokument “Il-Futur Komuni Tagħna” (magħruf bħala ir-Rapport Brundtland) ippubblikat fl-1987 mill-Ġnus Magħquda.

108

New archaeological discoveries
in 2019

10,093

Planning consultation requests
received in 2019

2,361

na

Mandat tas-Servizz ta' Kwalita'

Il-mandat tagħna jinkludi s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-identifikazzjoni, dokumentazzjoni, investigazzjoni, regolamentazzjoni u monitoraġġ tal-wirt kulturali. Permezz ta’ governanza infurmata u kompetenza professjonali, is-Sovrintendenza taħdem biex tiżgura li l-patrimonju storiku u kulturali ta’ Malta jinżamm għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Tgħallem aktar dwar l-impenn tagħna għall-eċċellenza fil-Mandat tas-Servizz ta’ Kwalità tagħna — ikklikkja hawn.

Skip to content