Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ppubblikat skont it-termini ta’ Artiklu 7(5)(m) tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445), l-ewwel lista uffiċjali ta’ Għaqdiet Mhux Governattivi Kulturali. Ir-reġistru jinkludi lista ta’ Għaqdiet Mhux Governattivi, li l-għan tagħhom hu dak li jippromwovu il-patrimonju kulturali, u jinkludi iżda mhux limitat għal konservazzjoni, restawr, immaniġġjar, preżentazzjoni u, jew studju ta’ proprjetà kulturali.

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kultural tistieden lill-Għaqdiet Mhux Governattivi (NGOs) Kulturali li għadhom ma rreġistrawx l-entità tagħhom, u jixtiequ jagħmlu dan, biex jibagħtu email [email protected] fejn jitolbu aktar informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà, l-applikazzjoni u l-proċess ta’ aġġudikazzjoni.

Skip to content