Il-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi huwa stabbilit f’termini tal-Artikolu 35 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, tal-Liġijiet ta’ Malta, filwaqt li l-funzjonijiet tiegħu huma ddeterminati f’termini tal-Artikolu 39 tal-istess Att.
Il-Bord għandu l-kompitu li jikkunsidra applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ warrant biex tiġi pprattikata f’Malta l-professjoni ta’ Konservatur-Restawratur u ċ-ċertifikati ta’ prattika relatati, billi jivvaluta l-kwalifiki akkademiċi relevanti u t-taħriġ prattiku mwettaq mill-applikanti, kif ukoll jikkonsidra applikazzjonijiet minn individwi ta’ esperjenza. Il-Bord ukoll jikkonsidra wkoll applikazzjonijiet għal “warrant” temporanju, u jirreġistra persuni li għandhom Ħiliet fil-Patrimonju (“Heritage Skills”).
Il-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi huwa responsabbli wkoll għat-tfassil ta’ Kodiċi ta’ Etika u Linji Gwida ta’ Prattika għad-detenturi ta’ warrant u l-persuni rreġistrati li għandhom Ħiliet fil-Patrimonju.
Il-Bord jistabbilixxi wkoll il-kriterji għat-taħriġ u l-iżvilupp professjonali kontinwu għal detenturi ta’ warrants u ta’ ċertifikati prattikanti, kif ukoll jevalwa programmi ta’ taħriġ relevanti.
Meta każijiet ta’ kondotta professjonali ħażina jitressqu quddiem il-Bord, dawn jiġu kkunsidrati u jistgħu jwasslu għal passi dixxiplinarji. Tali passi jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ individwi li għandhom warrant u ċertifikat/i prattikanti, kif ukoll dawk li għandhom ċertifikati temporanji u persuni rreġistrati li għandhom Ħiliet fil-Patrimonju. Miżuri dixxiplinarji jistgħu jwasslu għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-warrant, u/jew ċertifkat/i prattikanti jew reġistrazzjoni ta’ Ħiliet fil-Patrimonju.
Il-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi jagħti pariri lill-Ministru responsabbli għall- Kultura dwar kull kwistjoni relatata mal-professjoni ta’ Konservatur-Restawratur u ma’ Ħiliet fil-Patrimonju.
Lista ta’ Konservaturi-Restawraturi li huma reġistrati skont it-termini tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445)
Il-lista ta’ Konservaturi-Restawraturi li għanhom il-Warrant tista’ tiġi aċċessata hawnhekk.
Kodiċi tal-Etika u Linji Gwida għal Prattika
Il-Kodiċi tal-Etika u Linji Gwida għal Prattika jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk.
Żvilupp Professjonali Kontinwugħal Konservaturi-Restawraturi li għandhom il-Warrant
Il-Linji Gwidi għal Żvilupp Professjnali Kontinwu jistgħu jiġu aċċessti hawnhekk.
Avviż ta’ Żvilupp Professjonali Kontinwu għal Konservaturi-Restawraturi li għandhom il-Warrant
Issir referenza għal obbligu li għandhom il-Konservaturi-Restawraturi li għandhom il-Warrant biex jissottomettu id-dokumentazzjoni tal-Iżvilupp Professjonali Kontinwu, skont l-Aritklu 31 (4), tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, KAP 445 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Il-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi ifakkar id-detenturi tal- Warrant holders li għandhom jissottomettu id-dokumentazzjoni ta’ ŻPK għas-sena 2022 sal-31 ta’ Jannar 2023 billi tintbagħat ittre fuq l-indirizz elettroniku elenkat hawn taħt.
Tabella taż-Żvilupp Professjonali Kontinwu
Bħala parti mir- Rapport tal-iŻvilupp Professjonali Kontinwu 2022, barra mid-dokumenti neċessarji tal-Żvilupp Professjonali Kontinwu (inkluż rapporti/dokumenti diġa sottomessi u oħrajn li għadhom iridu jiġu preżentati), it- Tabella taż-Żvilupp Professjonali Kontinwu għandha timtela u tintbagħat lil [email protected] (Jistgħu jiżdiedu fillieri skont il-bżonn)
It-Tabella taż-Żvilupp Professjonali Kontinwu tista’ tiġi aċċessatahawnhekk.
Applikazzjonijiet għal Warrant sabiex tiġi pprattikata il-professjoni ta’ Konservatur-Restawratur
Applikazzjonijiet għal Warrant sabiex tiġi pprattikata il-professjoni ta’ Konservatur-Restwratur, skont Artiklu 29 u Artiklu 30 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, huma miftuħa.
Il-formola tal-applikazzjoni skont Artiklu 29 tista’ tiġi aċċessata hawnhekk.
Il-formola tal-applikazzjoni skont Artiklu 30 tista’ tiġi aċċessata hawnhekk.
Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni – Ħiliet fil-Patrimonju
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għal Ħiliet fil-Patrimonju hija miftuħa u tista’ tiġi aċċessta hawnhekk.
L-informazzjoni t’hawn fuq hija intenzjonata esklussivament għal skop ta’ informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ Kapitlu 445 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Patrimonju Kulturali 2019) jipprevalu f’kull ċirkostanza.