Is-Sovrintendenza hija responsabbli għal kumpilazzjoni ta’ inventarju nazzjonali tal-patrimonju kulturali, u li taġġorna u tħaddem dan l-inventarju, skont kif mitlub f’Artikolu 53 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali 2019. L-inventarju nazzjonali bħalissa qiegħed jiġi aġġornat sabiex jiġi inkluż ukoll il-patrimonju kulturali mobbli.
Id-dmirijiet tas-Sovrintendenza fir-rigward ta’ protezzjoni statutorja, testendi wkoll għal riċerka, eżerċizzji fuq il-post, u li tipproponi proprjetà u elementi ta’ valur kulturali għall-iskedar lill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar. Is-Sovrintendenza hi wkoll responsabbli li tilqa’ u tipproċessa talbiet għal rikonsiderazzjoni mill-iskedar u talbiet għal appell mill-iskedar.

Skip to content