Is-Sovrintendenza, f’konformità mar-rwol regolatorju tagħha, twettaq investigazzjonijiet arkeoloġiċi, kif ukoll tirċievi numru ta’ talbiet għal skavi fit-territorju Malti. Talbiet għal riċerka jistgħu jintalbu wkoll minn universitajiet lokali u barranin, istituzzjonijiet akkademiċi u entitajiet oħra.
Is-Sovrintendenza tagħti l-appoġġ u tinkoraġġixxi inizjattivi ta’ riċerika simili, speċjalment meta dawn jipprovdu kontribut validu għal aġenda ta’ riċerka ta’ wirt kulturali lokali, hekk kif inhu mitlub permezz tal-irwol statutorju li tipprovdi aċċessibiltà għal patrimonju kulturali Malti.