Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija responsabbli mill-iżvilupp ta’ politika, standards u linji gwida relatati mal-patrimonju kulturali. Għandha wkoll l-irwol li tirregola pjanijiet tal-ġestjoni tal-patrimonju kulturali u li tagħti pariri lill-Gvern fuq kwistjonijiet ta’ patrimonju. Is-Sovrintendenza tiġi kkonsultata u tagħti parir fil-proċess ta’ fformulazzjoni ta’ dokumenti ta’ politika ta’ entitajiet oħra fuq kwistjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq il-patrimonju kulturali.

Skip to content