L-importanza ta’ sejba arkeoloġika tiddependi mhux biss min-natura tas-sejba iżda wkoll mid-dokumentazzjoni mwettqa fuq il-post, kif ukoll mill-proċessi ta’ wara t-tħaffir u l-analiżi, u r-rappurtaġġ tagħhom. Kemm jekk immexxija mir-riċerka, jew immexxija mill-iżvilupp, is-Sovrintendenza dejjem teħtieġ li d-dokumentazzjoni tinżamm fl-ogħla livell biex tiġi ffaċilitata l-pubblikazzjoni tar-riżultati. Sommarju eżekuttiv tal-aktar sejbiet importanti huwa ppubblikat fir-rapport annwali tas-Sovrintendenza. F’każijiet oħra, meta r-riżorsi jippermettu biex dan iseħħ, b’mod partikolari f’każ ta’ kollaborazzjoni ma’ partijiet terzi, is-Sovrintendenza tippubblika rapporti tekniċi għal siti individwali, li wħud minnhom jistgħu jiġu inklużi wkoll f’ġurnali riveduti stabbiliti u ta’ ċertu livell.

Rapporti

Skip to content