
Ustica Tospita il-Grand Finale tal-Art4sea: Taħlita Ta’ Memorja U Imaġinazzjoni
- Categories Ahbarijiet
- Date November 11, 2025
Mill-10 sal-12 ta’ Settembru, il-gżira ta’ Ustica għat-tieni sena konsekuttiva laqgħet il-proġett Ewropew Art4Sea. Tliet ijiem intensivi għaqqdu flimkien l-arti, ix-xjenza u l-komunità lokali, u taw lill-udjenza esperjenza ta’ ħolma artistika. Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li tappoġġja din l-inizjattiva ffinanzjata mill-UE, attendiet għal din il-konferenza prestiġjuża.
Il-konferenza stampa
Fl-10 ta’ Settembru, l-uffiċju tal-Area Protetta tal-Baħar ta’ Ustica fi Pjazza Umberto I laqgħet il-konferenza stampa inaugurali tal-avvenimenti finali tal-proġett. Il-laqgħa, moderata minn Emilia Brandi ta’ 3D Research, ġabret flimkien istituzzjonijiet, imsieħba u artisti, fejn djalogu bejn l-għarfien, l-esperjenzi u l-viżjonijiet future nħoloq.
Fost dawk li tkellmu kien hemm is-Sindku ta’ Ustica, Salvatore Militello; id-Direttur tal-Area Protetta tal-Baħar, Davide Bruno; kif ukoll Fabio Bruno (3D Research s.r.l.), koordinatur tal-Art4Sea; u msieħba tal-proġett bħal Lucenzo Tambuzzo (iWorld E.T.S.), Valeria Li Vigni (Fondazzjoni Sebastiano Tusa), Fabio Figurella (DAN Europe), Vicky Drouga (Atlantis Consulting SA), u Paula López-Sendino (Institut de Ciències del Mar – CSIC).
Joining online from Brussels, Silvia D’Elia, Project Officer at the European Education and Culture Executive Agency (EACEA), praised the consortium’s management and the results achieved so far. Institutional commitments prevented the participation of Gilles Pelayo, Head of Unit B1 – Culture, EACEA, who nevertheless sent his support and appreciation for the project.
Fil-messaġġi tagħhom, is-Sindku Militello u d-Direttur Davide Bruno affermaw lir-rwol ċentrali ta’ Ustica fis-suċċess tal-Art4Sea. Il-koordinatur Fabio Bruno semma r-riżultati miksuba, b’mod partikolari l-involviment tal-komunità lokali u l-għarfien ambjentali permezz tal-arti viżiva. Lucenzo Tambuzzo, direttur artistiku tal-proġett, ippreżenta l-24 xogħol li ġew mfassla, b’enfasi fuq it-tmienja ddedikati lil Ustica (erbgħa diġitali u erbgħa fiżiċi), u stieden lill-pubbliku għall-Grand Event, il-qofol ta’ dan l-avveniment f’ Ustica, maħsuba flimkien ma’ Pino Di Buduo, direttur tat-Teatro Potlach.
Vicky Drouga qasmet l-esperjenza tal-komunità ta’ Alonissos, li sabet konnessjoni emozzjonali max-xogħlijiet u l-istejjer tal-artisti; waqt li Fabio Figurella fakkar kif il-viżjonijiet komuni wasslu biex jinbena proġett li jsaħħaħ lil Ustica u komunitajiet żgħar oħra tal-Mediterran. Paula López-Sendino enfasizzat il-valur tad-djalogu bejn ix-xjenza u l-arti, u spjegat kif il-bijologi tal-CSIC ipprovdew għarfien u metodoloġiji waqt ir-residenzi u l-mentoring. Fl-aħħar, Valeria Li Vigni ppreżentat it-tielet Festival tal-Baħar “Sebastiano Tusa”, li se jospita wkoll il-wirja virtwali tal-Art4Sea fil-Stanza del Mare, grazzi għall-appoġġ tal-Area Protetta Marittima u tal-edukatur ambjentali Antonino Tranchina. Fabio Figurella mbagħad stieden lil Debra Camilleri u Alexandra Camilleri mis- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jitkellmu. Is-Sovrintendenza kienet mistiedna għall-avvenimenti tal-Art4Sea f’Ustica, wara li kienu diġà konna pparteċipajna u appoġġjajna l-attivitajiet tal-proġett f’Għawdex.
L-Avveniment Finali
Fil-lejla tal-ftuħ, ix-xita laqgħtet lill-gżira hesrem u kkontribwiet biex l-avveniment – bit-titlu profetiku Ustica Sommersa (“Ustica mgħarrqa”) – jiġi pospost. L-istennija żiedet biss l-entużjażmu: fil-lejla ta’ wara, folla ta’ residenti u viżitaturi ngħaqdu għal wirja kollettiva.
It-toroq dojoq tal-qalba storika, xi djar u l-Knisja Parrokjali saru xeni ħajjin. L-abitanti, b’preżenza diskreta iżda qawwija, kienu parti integrali mill-presentazzjoni. Ġewwa l-knisja, proġezzjonijiet rrakkontaw l-oriġini tal-gżira, filwaqt li l-faċċata tagħha kienet mdawla bl-uċuħ tal-Usticesi lil laqaw il-viżitaturi.
Il-Grand Event saret ċelebrazzjoni komunitarja, fejn ir-rabta bejn l-artisti, it-tim tal-Art4Sea, Teatro Potlach, isaħħet flimkien man-nies ta’ Ustica.
Ix-xogħlijiet artistiċi f’ Ustica
Il-viżitaturi tal-gżira fix-xhur li ġejjin se jkunu jistgħu jiskopru l-wirt tanġibbli li ħalla l-proġett warajh. Xogħlijiet fiżiċi u diġitali jiltaqgħu f’narrattiva waħda li tiċċelebra l-baħar u s-sbuħija tiegħu.
Fil-moll ta’ Santa Maria jinsab il-mural ta’ Amanda Arrou-Tea/Mandi-oh, Mermaids do take care of the ocean: il-mural juri figura femminili mgħaddsa fil-qiegħ tal-baħar ta’ Ustica fost il-qroll Cladocora caespitosa, simbolu ta’ fraġilità u reżiljenza, li jfakkar fir-responsabbiltà kondiviża tagħna għall-protezzjoni tagħhom.
Mal–ħajt tal-farmaċija tal-gżira, wieħed jista’ jispira ruħu mix-xogħol Guardians ta’ Silvia Gadda/SiL, li juri figura femminili oħra mdawra bil-Posidonia oceanica. Essenzjali għall-bilanċ tal-Mediterran, il-Posidonia tissimbolizza ir-rwol ta’ “gwardjan”.
Qalb il-bajtar tax-xewk u l-veġetazzjoni Mediterranja, wieħed jiltaqa’ mal-mural ta’ Mariana Duarte Santos, Beneath the Surface, mfassal fuq l-istruttura msejħa L’Acquario f’Cala Santoro. Ix-xogħol jkopri l-binja kollha u joħloq djalogu bejn l-għaddasa u l-fawna tal-baħar, ifakkarna li hemm wirt prezzjuż li jappartjeni lil kulħadd u li kulħadd għandu jħares.
Fl-aħħar, barra minn Cala Giacone, madwar 18-il metru taħt l-ilma, The Queen of the Corals ta’ Davide Galbiati tinstab hemm: figura femminili maestuża li ssir simbolu ta’ rispett u kura għall-baħar – sultana siekta ta’ ekosistema.
Ix-xogħlijiet diġitali u diġitizzati
Dawn ix-xogħlijiet fiżiċi, flimkien mat-tmienja oħra maħluqa f’Alonissos u Għawdex, jinsabu fil-Art4Sea Virtual Exhibition, fejn wieħed jista’ jiskopri wkoll it-12-il xogħol diġitali maħluqa fil-proġett permezz ta’ headset tal-VR.
F’Ustica, din il-wirja immersiva laħqet suċċess straordinarju: matul il-lejliet tal-Grand Event. Permezz ta’ din l-esperjenza, il-pubbliku seta’ mhux biss jerġa’ jersperjenza Ustica permezz tax-xogħlijiet diġitali, iżda wkoll jivvjaġġa lejn Għawdex u Alonissos biex jiskopri l-karatteristiċi speċifiċi li ispiraw lill-artisti u l-messaġġi differenti għall-protezzjoni tal-ekosistemi marittimi.
L-erba’ xogħlijiet diġitali ta’ Ustica taw esperjenzi sensorji u narrattivi uniċi:
Liquid Tiles ta’ Carlos Izquierdo huwa xogħol diġitali li jgħaqqad ħoss u kodiċi ġenerattiv biex jirrakkonta l-armonija bejn il-bniedem u l-oċean. Il-ħsejjes ta’ Ustica ittrasformaw f’mudelli viżwali ispirati miċ-ċeramika lokali, u jistiednu riflessjoni fuq ir-rwol tagħna bħala kustodji tal-baħar.
you don’t know what love is ta’ Annika Boll huwa video game poetiku li jgħaqqad l-imħabba mitlufa mat-telf ekoloġiku biex jqajjem kurżita u jqanqal diskussjoni fuq ir-relazzjoni intima tagħna mal-baħar.
Wake up to Disappear… ta’ Natalia Wilk huwa film taż-żfin taħt l-ilma li jesplora s-sens ta’ wens li jgħatina il-baħar. Dan il-vjaġġ immersiv fost il-qroll jistieden biex nerġgħu nħarsu lejn il-ġisem tal-bniedem bħala ġisem tal-ilma, f’bilanċ mal-baħar.
Ustica VR ta’ Simon Duflo huwa film qasir VR li jistieden lill-udjenza għad-dinja tal-freedivers f’Ustica. Dan il-vjaġġ sensorju meraviljuż jgħaqqad il-forma uman, il-baħar u l-futur tal-pjaneta f’esperjenza immersiva li, permezz tal-headset, xerrdet is-sbuħija u l-enerġija tal-gżira, li qanqlet u ispirat lill-udjenza.
Ix-xogħlijiet kollha tal-Art4Sea jinsabu fil-sezzjoni ART tas-sit uffiċjali tal-proġett. Ħafna mix-xogħlijiet diġitali jistgħu jiġu esperjenzati online, filwaqt li dawk fiżiċi huma akkumpanjati minn galleriji ta’ ritratti u noti tal-artisti. Dan is-sit huwa ukoll arkivju li jesponi il-valuri tal-proġett u jsaħħaħ il-messaġġ tiegħu.
U proprju f’din il-perspettiva ta’ għarfien, il-pass li jmiss tal-proġett se jkun sensiela ta’ avvenimenti ta’ tixrid importanti ddedikati kemm lill-ispirtu artistiku kif ukoll lil dak xjentifiku tal-Art4Sea. Dawn il-laqgħat huma maħsuba għaż-żgħażagħ u se jsiru fil-ħames bliet imsieħba, bil-għan li jkomplu jgħaqqdu l-kreattività max-xjenza f’messaġġ wieħed ta’ kura għall-oċean tagħna.
You may also like
Il-Konvenzjoni ta’ Valletta: 30 sena fil-prattika

