
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali Tiċċelebra 20 Sena ta’ Skoperti b’Pubblikazzjoni Storika
- Categories Ahbarijiet, Research
- Date December 10, 2025
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija kburija li tħabbar il-pubblikazzjoni l-ġdida tagħha, The Superintendence of Cultural Heritage: 20 Years of Discovery 2003-2022, li tnediet fit-3 ta’ Diċembru ġewwa Palazzo de La Salle, fil-Belt Valletta. Din il-pubblikazzjoni tikkommemora l-ewwel għoxrin sena tal- ħidma tas-Sovrintendenza mit-twaqqif tagħha fl-2003 permezz tal-Att tal-Wirt Kulturali tal-2002.
Dan il-volum jipprovdi ħarsa komprensiva lejn għoxrin sena ta’ attività arkeoloġika mis-Sovrintendenza. Bejn l-2003 u l-2022, ġew skoperti qrib il-1,250 sit arkeoloġiku ġdid madwar Malta, kull wieħed ivarja kemm f’daqs kif ukoll f’sinifikat. Għal din il-pubblikazzjoni, intgħażlu l-98 skoperti l-iktar notevoli, u li jirrapreżentaw firxa sħiħa tal-perjodi storiċi ta’ Malta. Ir-riżultat ta’ dan huwa gazzetter dettaljat li jkopri mill-Pre-Istorja sal-Età Moderna, u joffri rekord kemm ta’ dawn l-iskoperti kif ukoll qafas ta’ direzzjoni għal riċerka futura.
Il-pubblikazzjoni tibda b’introduzzjoni għall-funzjonjijiet u rwoli tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, bħala regolatur tal-wirt kulturali ta’ Malta. Dan il-kapitlu jenfasizza investigazzjonijiet arkeoloġiċi mmexxija mill-iżvilupp, u jesplora il-proċessi multidixxiplinari li huma nvoluti fl-iskavar, ħażna, konservazzjoni, riċerka u valorizzazzjoni fi ħdan is-settur tal-wirt kulturali.
Il-kapitoli segwenti huma organizzati kronoloġikament, b’kull wieħed jiffoka fuq perjodi ewlenin:
- Il-Perjodi Kwaternarji u tat-Tempji
- Il-Perjodi Puniċi u Rumani
- Il-Perjodu Medjevali
- Il-Perjodu Modern Bikri, il-Perjodu Brittaniku u t-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-Kapitlu ta’ qabel tal-aħħar jeżamina l-pajsaġġ li jevolvu tal-Gżejjer Maltin, filwaqt li l-kapitlu konklussiv jissintetizza s-sejbiet u jenfasizza mistoqsijiet ġodda ta’ riċerka li tqajjmu permezz ta’ dan ix-xogħol.
Il-pubblikazzjoni The Superintendence of Cultural Heritage: 20 Years of Discovery 2003-2022 tista tinkiseb mill-uffiċċji tas-Sovrintendenza u mistennija li tintuża bħala referenza essenzjali fir-riċerka arkeoloġika futura f’Malta. Żgur li tkun rigal mill-isbaħ għal dawk li jħobbu l-wirt kulturali.



