Sib l-Ankra: Skopri l-Wirt ta’ taħt l-Ilma ta’ Malta Qatt staqsejt lilek innifsek x’hemm taħt il-baħar ċar kristall ta’ Malta? F’Awwissu, ingħaqad magħna għal Sib l-Ankra, esperjenza unika tal-patrimonju li tgħaqqad l-avventura, l-arkeoloġija u l-konservazzjoni f’ġurnata waħda li ma tinsieha …
Id- Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Tindif Pubbliku ppreżenta l-ewwel Premjijiet għall-Azzjoni favur l-Iżvilupp Sostenibbli nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, biex jippremja intrapriżi u proġġetti eċċezzjonali fil-qasam tas-sostenibbiltà madwar Malta. Il-premjijiet ġew organizzati bl-appoġġ tal- Ministeru …
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha l-pjaċir tħabbar li l-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija (European Archaeology Days) se jsiru għal darb’oħra f’Malta fit-13, 14 u 15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Dawn il-ġranet se jkunu mimlijin attivitajiet għal kull età u interess. Entitajiet u …



