
Tlett Ijiem ta’ Skavi, Żjarat u Attivitajiet madwar Malta: Il-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija Jergħu lura f’Ġunju
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha l-pjaċir tħabbar li l-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija (European Archaeology Days) se jsiru għal darb’oħra f’Malta fit-13, 14 u 15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Dawn il-ġranet se jkunu mimlijin attivitajiet għal kull età u interess. Entitajiet u assoċjazzjonijiet minn diversi oqsma se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku, sabiex juru s-sbuħija tad-dixxiplina tal-arkeoloġija u x-xogħol interdixxiplinari marbut mal-kura u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali.

Ritratt ħajr tal-Max Planck Institute
Interested in prehistory? Join Prof. Eleanor Scerri from the Max Planck Institute, Prof Nicholas Vella, Dr Mario Mata-Gonzalez from the Department of Classics and Archaeology and Dr Ritienne Gauci from the Department of Geography at the University of Malta, and Chief Officer Kevin Borda from the Superintendence of Cultural Heritage, members from the research team behind the recent ground-breaking discovery at the Latnija site for a unique ‘on-site’ tour and discussion. Learn about the site’s significance, the latest excavation methods being employed, and how these findings are reshaping our understanding of Malta’s earliest inhabitants.
L-attività se ssir nhar is-Sibt 14 ta’Ġunju u l-postijiet huma limitati. Kull żjara se tkun limitata għal 15 parteċipant, u se jsieru fl-16:00, 16:45 u 17:30. Għall-booking u aktar dettalji dwar kif tista’ tassigura post, żur https://forms.office.com/e/SZUJaJ3MhB

Għal min għandu għal qalbu l-wirt kulturali ta’ taħt il-baħar, il-Global Maritime Archaeology Program fi ħdan id-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta, flimkien mal-Underwater Cultural Heritage Unit fi ħdan Heritage Malta, se jkunu qed jorganizzaw open day fis-sit kostali ta’ Salina, faċċata tas-Salina Resort Hotel.
Jekk inti interessat f’din l-esperjenza unika, nitolbuk iġġib miegħek il-maskla tal-għawm u il-malja. Il-viżitaturi jkunu jistgħu wkoll jipparteċipaw f’esperjenza virtwali “Dive into History” 360°, u jinteraġixxu ma’ artefatti li qed jiġu rkuprati. Ingħaqad mat-tim bejn 10:00 u 14:00 nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju, sabiex tiskopri aktar dwar din il-parti affaxxinanti tal-istorja tal-Gżejjer Maltin u dwar l-isfidi relatati mal-arkeoloġija marittima. L-attività hija bla ħlas u m’hemmx bżonn booking minn qabel.
Il-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija (European Archaeology Days) se jsiru għal darb’oħra f’Malta fit-13, 14 u 15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
L-Assoċjazzjoni tal-Klassiċi ta’ Malta, fi sħab mad-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta, se tkun qed tospita taħdita pubblika minn Becky Xerri nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju bejn 19:00 u 20:30. It-taħdita se tagħti dettalji dwar ir-riċerka tad-dottorat li l-kelliem qed twettaq fil-qasam tal-wirt kulturali fl-isfera tal-arkeoloġija ta’ taħt il-baħar. L-idea tal-aċċess għal siti arkeoloġiċi taħt il-baħar se tiġi diskussa fid-dawl tal-għan tar-riċerka: it-tfassil ta’ qafas għat-twaqqif, il-ġestjoni u l-komunikazzjoni tal-wirt kulturali.
L-istudju jiffoka b’mod speċifiku fuq parks arkeoloġiċi f’ilmijiet fondi, b’referenza partikolari għall-ftuħ reċenti tal-Park Arkeoloġiku tax-Xlendi.
L-attività hija bla ħlas u se ssir f’Kamra 207, Ċentru tal-Arkeoloġija, Università ta’ Malta, kampus tal-Msida. Għal aktar informazzjoni żur: https://classicsmalta.org

Heritage Malta se tkun qed tipparteċipa wkoll fil-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija ta’ din is-sena b’numru ta’ siti u attivitajiet miftuħin għall-pubbliku. Se jiġu offruti żewġ żjarat iggwidati bla ħlas (b’bookings minn qabel) fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta, is-Sibt 14 ta’ Ġunju. Dħul bil-ħlas għal-mużew japplikaw. Kull żjara se tkun limitata għal 30 parteċipant, b’gwida bil-Malti fl-10:00, u b’gwida bl-Ingliż fis-14:00.
Żjarat iggwidati f’Kordin II se jkunu disponibbli bi ħlas ta’ €5, li jinkludi aċċess bla ħlas fl-istess ġurnata għas-Siti Preistoriċi ta’ Tarxien nhar il-Ħadd 15 ta’ Ġunju. Kull żjara se tkun limitata għal 25 parteċipant u se jsieru fid- 09:00, fl-10:00, fil-11:00 i fl-12:00. Il-booking minn qabel hu meħtieġ għal tours f’Kordin biss. Is-sit ta’ Tarxien se jibqa’ miftuħ għall-pubbliku matul il-jum kollu. Għal aktar informazzjoni u bookings żur https://heritagemalta.mt/

Il-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija, li issa qegħdin fir-raba’ sena tagħhom f’Malta, huma parti minn inizjattiva fuq livell Ewropew immexxija mill-Ministeru Franċiż tal-Kultura u l-INRAP (Institut National de Recherches Archéologiques Préventives), taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Ewropa. Dan l-avveniment għandu l-għan li joħloq attivitajiet innovattivi u interattivi sabiex jintroduċi lill-pubbliku mat-teżori tal-wirt nazzjonali u is-sigrieti tax-xogħol arkeoloġiku professjonali.