Ara u tieħux!
It-tneħħija ta’ oġġetti storiċi mill-baħar għandha ħafna impatti negattivi. Tirriżulta fil-qerda ta’ siti arkeoloġiċi, id-degradazzjoni ta’ artefatti individwali, u t-telf ta’ ħabitat u organiżmi tal-baħar. Importanti, hija wkoll illegali! Mill-2019, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali espanda biex jinkludi l-fdalijiet reċenti daqs 50 sena. Dan huwa importanti għax ifisser li l-fdalijiet tat-tieni Gwerra Dinjija issa jibbenefikaw mill-istess protezzjonijiet tal-artefatti aktar antiki.
X’ inhu looting?
Is-siti arkeoloġiċi ta’ taħt l-ilma huma mhedda minn firxa ta’ proċessi naturali u antropoġeniċi. Looting huwa fost wieħed mill-aktar qerrieda minn dan it-theddid.
It-terminu “looting” jirreferi għat-tneħħija mhux awtorizzata u illegali ta’ artefatti, relikwi, u kwalunkwe oġġetti ta’ valur kulturali jew ekonomiku minn siti arkeoloġiċi taħt l-ilma li jinkludu nawfraġji, tifrik ta’ ajruplani, u fdalijiet taħt l-ilma.
Nies li jagħmlu looting fuq artefatti storiċi jkunu jafu l-valur tagħhom, u jistgħu saħansitra jkollhom apprezzament għall-istorja. L-azzjonijiet tagħhom spiss ikunu mmexxija minn gwadann finanzjarju jew mix-xewqa li jiksbu personalment sejbiet uniċi. Madankollu, it-tneħħija tal-artefatti b’dan il-mod mhux xjentifiku tagħmel ħsara irreparabbli lill-artefatti, lis-siti arkeoloġiċi, lill-aċċess pubbliku għall-istorja lokali, u lill-fehim xjentifiku u metodoloġiku tal-passat tagħna.
Il-looting kif jagħmel ħsara lis-siti arkeoloġiċi u jħalli impatt fuq il-pubbliku?
Sit taħt l-ilma se jsir inqas impressjonanti, inqas stabbli, u se jiddeterjora b’rata aċċellerata jekk l-artefatti jitneħħew mingħajr ma jintużaw metodi xierqa ta’ skavar. B’dan il-mod, artefatti li jinsabu taħt il-baħar huma l-istess bħal dawk fuq l-art u għandhom jiġu rispettati kif xieraq. Kwalunkwe interferenza fuq oġġetti ta’ valur titqies bħala ħsara minħabba li l-kuntest spazjali tal-artefatti hija kruċjali biex wieħed jifhem sit.
Meta dan il-kuntest jiġi mfixkel, informazzjoni storika u arkeoloġika siewja tintilef għal dejjem. Meta l-looters jisirqu l-artefatti, dan il-kuntest spazjali jintilef flimkien mal-artefatti nfushom, u hemm it-tendenza li jispiċċaw f’kollezzjonijiet privati jew jinbiegħu barra minn xtutna. Dan jagħmel ħsara lil siti arkaeologiċi ta’ taħt il-baħar, kif ukoll jiċħad lill-pubbliku milli jgawdi minn dan it-teżor. Huwa jżomm lill-pubbliku milli jara l-artefatti fil-mużewijiet jew fis-siti għall-għadis u jitgħallem dwar l-istorja. Bl-istess mod, arkeologi u riċerkaturi oħra jitilfu l-opportunità li jistudjaw l-oġġetti u s-siti minn fejn insterqu.
Il-looting kif jagħmel ħsara lill-artefatti?
Jekk l-artefatti jittellgħu minn sit taħt il-baħar, huwa importanti ħafna li dawn jiġu mmaniġġjati kif suppost minn professjonisti mħarrġa. Diversi proċessi fiżiċi, kimiċi, u bijoloġiċi jinteraġixxu mal-artefatti waqt li jkunu taħt l-ilma. Jekk ma jiġux konservati kif suppost, l-artefatti jistgħu jsiru instabbli, fraġli, u fl-aħħar mill-aħħar se jiddeterjoraw maż – żmien. Meta looters jisirqu artefatti minn siti, huma qed iżommu milli jseħħ dan il-proċess ta’ konservazzjoni meħtieġ.
X ’għandek tagħmel meta ssib artefatti taħt il-baħar.
Is-siti arkeoloġiċi ta’ taħt il-baħar huma ta’ spiss protetti mil-liġijiet u t-trattati nazzjonali u internazzjonali, bħall-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali Taħt l-Ilma (UNESCO Convention on the Protection of the Underwater Cultural Heritage). F’Malta, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jiddeskrivi b’mod ċar il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u l-konsegwenzi legali għal dawk involuti fi ħsara jew looting ta’ siti storiċi.
L-isforzi biex jiġi miġġieled is-serq ta’ siti arkeoloġiċi taħt l-ilma jinkludu aktar sorveljanza u miżuri ta’ infurzar, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, kooperazzjoni bejn il-gvernijiet f’pajjiżi oħrajn, u l-iżvilupp ta’ teknoloġija bħal drones taħt l-ilma u remote sensing li jissorveljaw u jipproteġu dawn is-siti ta’ wirt kulturali ta’ valur u l-oġġetti assoċjati.
Importanti li ma tmissx jew iċċaqlaq xejn jekk tkun qed togħdos u tiltaqa’ ma’ artefatti jew sit arkeoloġiku. Kun af li l-looting huwa reat u min hu ħati tiegħu jista’ jeħel multa jew saħansitra jintbagħat il-ħabs skont il-gravità tal-każ.
Minflok, għinna nipproteġu u nitgħallmu dwar dawn is-siti billi tirrapportawhom. Ħu l-koordinati, ir-ritratti, u n-noti meta jkun possibbli u għidilna x’sibt billi ċċempel fuq +356 2395 0000 jew bl-email fuq [email protected].
Għinna nippreservaw dawn is-siti biex aħna u l-ġenerazzjonijiet futuri nkomplu ngawduhom kif inhuma bħalissa. Ħu xejn ħlief ritratti u ftakar li l-looting huwa reat u min jinstab ħati tiegħu jeħel multa jew saħansitra l-ħabs skont kemm ikun gravi l-każ.
L-esibizzjoni
Nhar is-Sibt, is-27 ta’ Lulju, u l-Ħadd, it-28 ta’ Lulju, se tinfetaħ għall-pubbliku wirja ġdida fis-Salina Nature Reserve li tenfasizza l-kwistjoni tal-looting u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali.
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u BirdLife Malta ssieħbu biex joħolqu din il-wirja permanenti ta’ artefatti arkeoloġiċi minn qiegħ il-baħar li fiha kollezzjoni ta’ artefatti li tneħħew illegalment minn qiegħ il-baħar u li eventwalment ġew irritornati lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Il-wirja għandha l-għan li teduka lill-viżitaturi dwar l-istorja rikka tar-reġjun u tinvolvi lill-pubbliku fuq temi ta’ looting, aċċessibilita’, konservazzjoni, u l-ħarsien tal-wirt kulturali ta’ taħt il-baħar.
Il-Bajja tas-Salina nnifisha hija żona ta’ importanza storika sinifikanti. Is-salini tal-melħ li jiffurmaw ir-riserva saru mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fis-seklu 16 u huma mdawrin b’siti arkeoloġiċi oħra li jmorru lura sa żmien neolitiku. BirdLife Malta u Salina Nature Reserve jirrappreżentaw sieħeb u post ideali għal din il-wirja minħabba l-valuri u l-impenn komuni tagħhom għall-konservazzjoni u l-aċċess pubbliku.