Arkeologi li qed jaħdmu fis-sit f’Tal-Bidnija rrapportaw l-iskoperta ta’ dak li hu maħsub li huwa sit ta’ dfin ta’ wara żmien ir-Rumani, li jinkludi mill-inqas żewġ fdalijiet umani. Dawn is-sejbiet jidher li jikkonfermaw dak li huwa magħruf minn sorsi mill-aħħar …
Ġurnata għax-xemx, ‘il bogħod mill-uffiċċju għal attività ta’ “team building” għall-uffiċjali tas-Sovrintendenza li ġiet organizzata f’Għawdex. Grazzi lil dawk kollha li attendew u ħadu sehem sabiex flimkien noħolqu #team spettakolari kemm ġewwa kif ukoll barra mill-uffiċċju.
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali riċentement kellha l-pjaċir li tieħu sehem fil-Fiera tal-Karrieri tal-iskola San Anton, fejn introduċiet lill-istudenti għall-irwol tal-entità u l-prospetti ta’ karriera assoċjati magħha. L-istudeni preżenti ingħataw l-opportunità li jattendu għal preżentazzjoni li saret minn uffiċjal tas-Sovrintendenza, inkluż esperjenza …