It-tkabbir demografiku rapidu u ż-żieda fl-urbanizzazzjoni joħolqu sfidi sinifikanti għall-bilanċ fraġli li ilu żmien u għomor jiddefinixxi l-Gżejjer Maltin. Din il-kumplessità tkompli tiżdied bil-pressjoni tat-turiżmu, li jġib ammonti sostanzjali ta’ viżitaturi fit-toroq dojoq u l-qalba urbana storika tal-bliet u l-irħula …
Ir-raħal jibqa’ waħda mill-aktar espressjonijiet qawwija tal-identità u l-valuri kondiviżi ta’ komunità. Huwa aktar minn ambjent fiżiku; jinkorpora l-memorja kollettiva, il-kultura u r-relazzjonijiet soċjali. Matul is-sekli, l-irħula Maltin evolvew madwar knejjes, pjazez u toroq li servew bħala l-qalb soċjali u …
Fil-qalba tal-Mediterran, il-Gżejjer Maltin minn dejjem kienu msawra kemm mill-attività umana kif ukoll minn forzi atmosferiċi kontinwi. Il-bumbardar, il-gwerer, l-erożjoni kostali, it-terremoti, l-azzjoni tal-mewġ, il-mewġ tas-sħana, il-kristallizzazzjoni tal-melħ, ir-riħ u s-silġ huma kollha fatturi interattivi li, maż-żmien, jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni gradwali …
L-Arċipelagu Malti huwa r-riżultat ta’ proċess ġeoloġiku li seħħ tul madwar 35 miljun sena. Il-Franka (Globigerina Limestone), li sawret l-arkitettura u l-pajsaġġ ta’ Malta b’mod profond, iffurmat fuq perjodu ta’ madwar 25 miljun sena. Hija unika minħabba l-isfumatura safranija tagħha …
Il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali huma prinċipji rikonoxxuti b’mod universali. Madankollu, l-implimentazzjoni prattika tagħhom tiddependi mit-trażmissjoni u l-promozzjoni ta’ ħiliet artiġjanali u tekniki ta’ konservazzjoni speċjalizzati, li mingħajrhom ikun impossibbli li jiġi ssalvagwardjat dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri. F’Malta, l-edukazzjoni għolja …
