Dan is-sajf jimmarka l-ewwel staġun ta’ skav arkeoloġiku interessanti fil-Bidnija, proġett kollaborattiv bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta, u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Dan il-proġett, mhux biss ifittex li jesplora u jifhem dan is-sit antik, iżda joffri wkoll opportunità siewja ta’ …
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħabbret iż-żieda ta’ sebgħa u tletin proprjeta’ u elementi ta’ valur ta’patrimonju kulturali fl-Inventarju Nazzjonali. Numru minn dawn il-proprjetajiet kienu ġew skedati f’dawn l-aħħar snin fuq proposta tas-Sovrintendenza, filwaqt li l-oħrajn ġew proposti għall-iskedar iżda t-talba għadha …
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju kulturali hija kuntenta li pparteċipat fl-EXPO tas-Servizz Pubbliku tal-2024, li sar f ’Mejju fl-MFCC f’Ta’ Qali. L-EXPO huwa avveniment annwali li jiċċelebra w juri l-funzjonijiet u l-ispeċjalizzazzjonijiet diversi fi ħdan is-servizz pubbliku. It-tema ta’ din is-sena, “ħiliet,” ipprovdiet …
Ġurnata għax-xemx, ‘il bogħod mill-uffiċċju għal attività ta’ “team building” għall-uffiċjali tas-Sovrintendenza li ġiet organizzata f’Għawdex. Grazzi lil dawk kollha li attendew u ħadu sehem sabiex flimkien noħolqu #team spettakolari kemm ġewwa kif ukoll barra mill-uffiċċju.