12 – 16 TA’ AWWISSU 2024: Ir-reviżjoni u l-ittimbrar ta’ dokumenti relatati mal-esportazzjoni ta’ oġġetti personali (oġġetti mhux kulturali)
Matul il-ġimgħa li tibda mit-12 ta’ Awwissu 2024, sal- Ġimgħa 16 ta’ Awwissu fl-aħħar tal-ġurnata, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali se tkun qed tirċievi u tirrevedi dokumenti relatati mal-esportazzjoni ta’ oġġetti personali fl-uffiċċji tagħha kif ġej:
- Is-servizz se jingħata mit- Tnejn 12 ta’ Awwissu sal- Erbgħa 14 ta’ Awwissu mid-9.00 sas-13.00. L-ebda reġistrazzjoni jew ipproċessar mhu se jingħata barra minn dawn il-ħinijiet tal-uffiċċju.
- Kull formola sottomessa nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu tiġi rreġistrata nhar it-Tnejn 19 ta’ Awwissu, u għalhekk il-ħin tal-ipproċessar jiġi kkalkulat mit-Tnejn 19 ta’ Awwissu, bit-Tnejn tkun id-data tas-sottomissjoni. Dan japplika kemm għal applikazzjonijiet standard kif ukoll għal dawk express.
- Is-servizz se jerġa’ jibda bħas-soltu mit-Tnejn 19 ta’ Awwissu 2024.
Nirringrazzjawk tal-kooperazzjoni tiegħek.