Tema

It-Tema Ewropea li ġiet magħżula għas-sena 2020 kienet Heritage and Education: Learning for Life.

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bħala koordinatur nazzjonali fittxet li terġa tibda tipparteċipa f’dawn l-avvenimenti, peress li l-aħħar darba li Malta ħadet sehem kien fl-2013. Għaqdiet Mhux Governattivi lokali pparteċipaw fl-organizazzjoni ta’ 6 avvenimenti waqt l-ewwel “weekend” ta’ Ottubru, meta jiġu ċċelebrati il-Jiem Ewropej tal-Wirt f’Malta.

Is-Sovrintendenza waqqfet wirja fl-uffiċini tagħha li ffukat fuq lingwi antiki preżenti fl-Arkeoloġija Maltija kif ukoll esebit artefatti b’skrizzjonijiet jew leġġendi.

Posters

Ritratti

Skip to content