Tema

Heritage Built in Stone kienet it-tema għal Jiem Ewropej tal-Wirt 2013. Il-ġebla hija waħda mill-ftit riżorsi naturali li tinstab fil-Gżejjer Maltin, li ilha tintuza għal kostruzzjoni għal millenji sħaħ, u għadha tintuża sal-ġurnata tal-lum. Għaldaqstant din hija xiehda tanġibbli tal-evoluzzjoni ta’ aspett wieħed mit-tradizzjonijiet kulturali Maltin.

Avvenimenti organizzati għal Jiem Ewropej tal-Wirt 2013 inkluded żjarat gwidati f’Casa Roccal Piccola, u dħul b’xejn jew b’rata imnaqqsa fil-Mużew Katidrali tal-Mdina, Mużew Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar, Mużew Kon-Katidrali ta’ San Ġwann, Palazzo Falson u Limestone Heritage.

Proprjetajiet taħt it-tmexxija tal-għaqda mhux governattiva Għawdxija Wirt Għawdex, w il-Mużew Il-Ħaġar kienu miftuħa għal pubbliku, kif ukoll proprjetajiet taħt it-tmexxija ta’ Din l-Art Ħelwa u Fondazzjoni Wirt Artna. Heritage Malta iċċelebrat il-Jiem Ewropej tal-Wirt billi organizzant l-ewwel “open day” għat-tempji preistoriċi megalitiċi tal-Ġgantija.

Posters

Ritratti

Skip to content