Palazzo Marnisi Skedat fi Grad 1
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) bi pjaċir tinnota d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li ħadet id-deċiżjoni li tiskeda Palazzo Marnisi fi Grad 1, l-ogħla grad ta’ protezzjoni, wara ir-rakkomandazzjoni minn SCH.
Din id-deċiżjoni tiġi wara l- Ordni ta’ Konservazzjoni u Protezzjoni maħruġa mill-SCH lis-sidien li tobbligahom jagħmlu x-xogħlijiet meħtieġa biex jissalvagwardjaw u jikkonservaw il-proprjetà. Din issegwi l-inklużjoni tas-sit fl-Inventarju Nazzjonali, reġistru tal-wirt kulturali kkurat u kkompilat mis-Sovrintendenza bħala waħda mill-funzjonijiet tagħha stabbiliti mill-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali (KAP 445).
L-inklużjoni tal-Palazz fl-inventarju tal-SCH u l-iskedar tiegħu mill-PA jsaħħu il-valur tal-wirt kulturali inerenti tiegħu u żżid livell imsaħħaħ ta’ protezzjoni li jistħoqqilha din il-proprjetà.
Is-Sovrintendenza tfaħħar iż-żieda fl-għarfien u l-isforzi kontinwi lejn il-ħarsien tal-wirt kulturali tagħna.