Se nkunu fl-EXPO tas-Servizz Pubbliku!
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bi pjaċir tħabbar li se tkun qed tesebixxi fl-EXPO tas-Servizz Pubbliku ta’ din is-sena fl-MFCC f’ Ta’ Qali!
Ingħaqad magħna bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju fejn se nesebixxu firxa ta’ ħiliet dimostrabbli, mill-osteoloġija sal-arkeoloġija ta’ taħt il-baħar, ippreżentati b’ mod espert mit-tim multitalenti tas-Sovrintendenza. 🔬 🔎 🏺
Nittamaw li narawk hemm! 👋