E-RIHS Pilot Training School
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju kulturali, flimkien mat-tmien imsieħba lokali tagħha li jiffurmaw Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka għax-Xjenza tal-Patrimonju (E-RIHS), dan l-aħħar ikkonkludiet Pilot Training School li fittxet li tittestja l-kunċett ta’ Skola ta’ Taħriġ Lokali billi tipprovdi taħriġ multidixxiplinarju lill-parteċipanti li wkoll kellhom l-opportunità li jipprovdu l-kummenti tagħhom fi tmiem il-Pilot Training.
It-tmien imsieħba lokali; is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, l-Università ta’ Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-Konkatidral ta’ San Ġwann, id-Direttorat tar-Restawr, Heritage Malta, l-Arkivji Nazzjonali u Malta Libraries; iffurmaw n-Nodu Nazzjonali tal-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka. E-RIHS hija mmirata biex tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn il-Komunitajiet tax-Xjenza tal-Patrimonju u tal-Patrimonju tal-pajjiżi parteċipanti, kif ukoll il-provvista ta’ aċċess għal faċilitajiet, teknoloġiji, u għarfien espert mill-aktar avvanzati. L-imsieħba huma mħeġġa jipprovdu firxa ta’ servizzi biex jiffurmaw katalgu ta’ servizzi li se jkun miftuħ għar-riċerkaturi.
In-Nodu Nazzjonali Malti għandu l-ħsieb li jipprovdi Local Training School bħala servizz wieħed ta’ dan it-tip u, fix-xahar ta’ April, ġiet organizzata Pilot Training School biex jiġi assessjat kemm hu fattibbli prodott ta’ dan it-tip. L-iskola tat-taħriġ iffukat fuq riċerka u analiżi arkivjali u arkeometrika, u użat ir-restawr tal-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena bħala eżempju. Il-parteċipanti f ’din il-Pilot Training School intgħażlu minn fost l-imsieħba lokali biex jittestjaw kemm hi fattibbli l-Iskola tat-Taħriġ u jipprovdu feedback.