Irkupru ta’ Artefatt
Is-Sovrintendenza ġiet riferuta għal post fuq il-midja soċjali relata ma’ blata storika militari tal-Perjodu Ingliż li tinstab f’sit rurali fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar.
Is-Sovrintendenza ħadet azzjoni immedjata sabiex tirkupra din il-blata storika sabiex tiġi protetta. Il-blata storika issa tinsab fir-repositorju tas-Sovrintendenza u ser isiru l-investigazzjonijiet u studju neċessarji sabiex jiġi identifikat il-post oriġinali tagħħa. Il-blata storika għandha l-ittri W.O. li jindikaw li oriġinarjament kienet intenzjonata li timmarka proprjetajiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Uffiċju tal-“War Office”.