Importazzjoni, Essportazzjoni jew Moviment ta' Oġġetti ta' Valur Kulturali
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tirregola l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-moviment ta’ oġġetti kulturali bejn Malta u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn jew lejn pajjiżi li m’humiex fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-każijiet spiss jiġu riferuti lis-Sovrintendenza mid-Dwana.
Is-Sistema tal-Importazzjoni ta’ Oġġetti ta’ Valur Kulturali (ICG)
Mill-28 ta’ Ġunju 2025 ’il quddiem, għandu jintuża esklussivament il-portal ċċentralizzat għall- Import of Cultural Goods (ICG) (Login) għall-oġġetti kulturali li jilħqu l-limiti stabbiliti fir-Regolament tal-UE 2019/880. L-ICG User Manual tal-Kummissjoni Ewropea għall-Importaturi jinstab hawn. Iktar informazzjoni tinstab fis-sit uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropejana hawnhekk.
Oġġetti ta’ valur kulturali li ma jaqgħux taħt dawn il-limiti u li jiġu riferiti mid-Dwana ta’ Malta għall-approvazzjoni tal-importazzjoni, għandhom jiġu dikjarati permezz ta’ [email protected], billi tintuża l-formola SCH Object ID.
Ċertifikazzjoni ta’ Importazzjoni ta’ Oġġetti Kulturali
Ta’ sikwit is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tintalab tiċċertifika l-oġġetti importati minn barra l-Unjoni Ewropea bħala oġġetti ta’wirt kulturali, u tikkonferma l-valur iddikjarat ta’ dawn l-oġġetti għal finijiet ta’ Dwana.
Kull persuna li teħtieġ is-servizzi tas-Sovrintendenza għaċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur kulturali hija mitluba tikkuntattja direttament bit-talba tagħha permezz ta’ e-address [email protected]. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ oġġetti importati bħal dawn tkun teħtieġ l-eżami tal-oġġetti mal-wasla tagħhom fil-pajjiż, biex jiġi aċċertat il-valur iddikjarat tagħhom. Jeħtieġ li timtela formola SCH Object ID (Importazzjoni) għal oġġetti ta’ valur kulturali importati. Din il-formola għandha tiġi sottomessa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. L-eżaminazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur kulturali ssir skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u għalhekk hija suġġetta għal miżata ta’ Eżaminazzjoni ta’ 5% (ad valorem).
SOP Ġdida rigward l-Importazzjoni Temporanju ta’ Oġġetti ta’ Valur Kulturali
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġet SOP relatata mal-importazzjoni temporanja u l-moviment ta’ oġġetti ta’ valur kulturali (Artikolu 54\[8] tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali), minn persuni li jkunu se jgħixu jew li diġà jgħixu f’Malta. Permezz ta’ din il-Proċedura Operattiva Standard (SOP), is-Sovrintendenza tal-PAtrimonju Kulturali tista’ toħroġ ċertifikat li jiggarantixxi li l-Gvern Malti jirrinunzja id-dritt ta’ preferenza u id-dritt li jipprojbixxi l-esportazzjoni jew il-moviment barra minn Malta ta’ tali oġġetti ta’ valur kulturali.
Iċ-ċertifikazzjoni tista’ tinħareġ biss jekk jiġi determinat, qabel l-importazzjoni tagħhom, li l-oġġetti ta’ valur kulturali mhumiex ta’ importanza nazzjonali għal Malta. Iċ-ċertifikazzjoni tinħareġ għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data taċ-ċertifikazzjoni, u tista’ tiġi imġedda għal perjodi oħra.
L-SOP tinstab hawn.
Esportazzjoni jew Moviment ta’ Oġġetti Personali (oġġetti mhux kulturali)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tirrevedi l-esportazzjoni u l-moviment ta’ oġġetti personali minn Malta, tirrevedi l-listi tal-ippakkjar u d-dokumenti tad-Dwana qabel ma dawn jiġu pproċessati mid-Dwana stess. Dan il-proċess huwa applikabbli għal kunsinni ta’ oġġetti personali li ma jinkludux oġġetti kulturali, li huma soġġetti għall-Att dwar il-Patrimonju Kulturali tal-2019.
Biex jiġi żgurat li l-konsenja ta’ oġġetti personali ma tinkludix oġġetti ta’ valur kulturali, l-esportatur huwa meħtieġ jippreżenta formola ta’ dikjarazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni relatata. Ċirkulari b’aktar dettalji dwar ir-reviżjoni u l-istampar ta’ dokumenti relatati mal-esportazzjoni ta’ oġġetti personali tista’ tinstab hawn. L-applikazzjonijiet kollha huma soġġetti għal skrutinju.
Esportazzjoni Permanenti u Temporanja (inkluż fi ħdan l-UE) ta’ Xogħlijiet tal-Arti u Proprjetà Kulturali Mobbli
Kif preskritt fl-Artikolu 54 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, l-ebda persuna ma tista’ tesporta jew terġa’ tesporta xogħol tal-arti jew proprjetà ta’ valur kulturali mobbli minn Malta mingħajr il-permess bil-miktub tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Kull persuna li tkun qed tapplika għall-permess biex tesporta jew terġa’ tesporta tali oġġetti hija mitluba tindirizza t-talba tagħha lis-Sovrintendenza permezz tal-indirizz elettroniku tagħna: [email protected]. It-talba għall-permess għandha tiġi sottomessa mill-inqas żewġ ġimgħat qabel, u trid tinkludi formola mimlija tal-Object ID għal kull oġġett propost għall-esportazzjoni, kemm jekk qed jintalab permess temporanju jew permanenti. . Kull talba hija suġġett għal skrutinju u tista’ tiġi rifjutata.
