Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija (JEA) hija inizjattivi bl-għan li tqajjem kuxjenza dwar ir-rikka u id-diversita’ kulturali Ewropeja maċ-ċittadini Ewropej billi tgħamel l-arkeoloġija iktar aċċessibbli għal udjenzi diversi. Il-JEA jimmiraw li joħolqu attivitajiet innovattivi u interattivi biex jintroduċu lill-pubbliku għat-teżori tal-patrimonju nazzjonali u għax-xogħol siwi tal-arkeoloġija.
Il-JEA hija promossa mill-Istitut Nazzjonali Franċiż għar-Riċerka tal-Arkeoloġika Preventiva (INRAP) fi ħdan il-Ministeru Franċiż għall-Kultura u r-Riċerka, u tinsab taħt il-patroċinju tal-Kunsill tal-Ewropa. Franza ilha tiċċelebra l-avvenimenti tal-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija mill-2010. Fl-2019, Franza ħadet id-deċiżjoni li tiftaħ il-parteċipazzjoni f’pajjiżi Ewropej oħra. Mill-2021, is-Sovrintendenza ħadet ir-rwol ta’ Koordinatur Nazzjonali għall-Jiem Ewropej tal-Arkeoloġija.
Bħal-llum il-ġurnata, il-JEA tiġi ċċelebrata madwar l-Ewropa, w isir kull sena fit-tielet tmiem il-ġimgħa ta’ Ġunju.