Inawgurazzjoni tar-restawr tas-Santwarju tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fil-Qrendi
Is-Sovrintendenza bi pjaċir tħabbar l-inawgurazzjoni tar-restawr tas-Santwarju tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fil-Qrendi.
Ix-xogħlijiet ta’ restawr kienu jinkludu investigazzjoni arkeoloġika li rriżultat fis-sejba ta’ ħitan li baqgħu ħajjin taħt il-Knisja Barokka, li jindika li l-Knisja l-ġdida nbniet fuq kappella eqdem mill-perjodu Medjevali Tard.
Din l-investigazzjoni kienet segwita minn restawr komprensiv tal-Kappella li rat il-kollaborazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u d-Direttorat tar-Restawr.