L-Att dwar il-Patrimonju Kulturali tal-2002 ħaseb biex il-Ministeru responsabbli għall-wirt kulturali, iħejji Strateġija Nazzjonali għall-Wirt Kulturali, li ġiet approvata u ppubblikata fl-2006. Wieħed mill-eżiti tal-Istrateġija kien il-formulazzjoni ta’ Aġenda Nazzjonali ta’ Riċerka għall-Patrimonju Kulturali (National Research Agenda for Cultural Heritage [NARCH]).
Fl-2010 is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġet dokument ta’ diskussjoni (Discussion Document) dwar in-NARCH b’ konsultazzjoni ma’ entitajiet oħra. Fl-2019, l-inizjattiva reġgħet ittieħdet mis-Sovrintendenza flimkien mal-inizjattiva E-RIHS immexxija mill-Università ta’ Malta, u rallentat entitajiet statali oħra relatati mal-patrimonju, l-Università, kif ukoll il-Knisja biex jikkollaboraw fil-formazzjoni ta’ NARCH.
L-għan tan-NARCH huwa;
“li jippromwovi riċerka xjentifika ta’ livell għoli u innovattiva fi kwistjonijiet ta’ patrimonju kulturali, li javvanza l-għarfien, itejjeb l-immappjar tal-assi tal-patrimonju kulturali u r-rekwiżiti ta’ konservazzjoni u protezzjoni tagħhom, il-faċilitazzjoni għal aċċess akbar għall-arkivji u d-databases u li jappoġġa l-ħolqien ta’ esperjenza innovattiva u servizzi ta’ wirt.”
(Dokument ta’ Diskussjoni tal-SCH, 2010)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bl-għajnuna tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali (MHAL), u bl-għajnuna tal-Prof. JoAnn Cassar mill-Università ta’ Malta, organizzat l-ewwel Seminar tan-NARCH fl-1 ta’ Diċembru 2022 fil-Valletta Design Cluster biex ixxerred is-sejbiet ewlenin fl-istħarriġ lill-parteċipanti.
Attendew aktar minn 80 parteċipant minn diversi professjonijiet u entitajiet li jaħdmu u jagħmlu riċerka fuq il-patrimonju kulturali f’Malta. Saru diskorsi qosra dwar is-sejbiet mill-istħarriġ li sar fl-ewwel nofs tal-2022. Il-kelliema taw ukoll spjegazzjoni qasira lill-midja li xxandret u ttellgħet fuq il-midja soċjali.
Is-Seminar kien jinkludi żewġ sessjonijiet ta’ workshop, sitta li saru filgħodu li kienu focus groups ta’ speċjalizzazzjoni (arkeoloġija, storja tal-arti, wirt mibni/urban u restawr, lingwi antiki/ storja/ arkivji, antropoloġija/ immaniġġjar tal-patrimonju kulturali, restawr tal-oġġetti/ xjenzi tal-patrimonju kulturali), u sitta oħra b’ parteċipanti interdixxiplinarji li saru wara nofsinhar.
Kull grupp kellu moderatur u rapporteur magħżula fost dawk li attendew u li ġew infurmati dwar ir-rwoli tagħhom ftit jiem qabel l-avveniment. Wara kull sessjoni tal-workshop, it-12-ir-rapporteur qasmu l-eżiti mill-gruppi tagħhom ma’ dawk li attendew. Il-ħin tal-mistoqsijiet u s-sessjonijiet tar-rapporteur tmexxew mill-Moderatur ewlieni għall-ġurnata. Dawk li attendew kellhom ukoll l-opportunità li jagħmlu networking waqt il-breaks. Dawk preżenti esprimew sodisfazzjon u wrew ix-xewqa li jkollhom aktar minn dawn l-attivitajiet peress li dawn jipprovdu opportunitajiet għal diskussjoni, kollaborazzjoni, u xogħol interdixxiplinarju.
Is-Sovrintendenza beħsiebha tkompli taħdem fuq dan il-proġett fis-snin li ġejjin u qed tippjana s-segwitu mal-koordinaturi u l-istakeholders.
NARCH tappoġġa l-għanijiet tal-proġett E-RIHS.