Back

Nekropolis Puniku fiż-Żabbar għall-JEA 2021

Għall-edizzjoni tal-JEA tal-2021, is-Sovrintendenza tal-PAtrimonju Kulturali ppubblikat katalogu tas-sejbiet li nstabu f’sit Puniku fiż-Żabbar, li nstabu waqt xogħlijiet li kienu qed isiru fiż-żona.

Dan is-sit arkeoloġiku kellhu urni li kienu użati għall-kremazzjoni, buqari mpenġijien, unguentaria, buqari b’znienen forma ta’ trefoil, u fdalijiet oħra. Dan il-katologu juri ukoll l-attivitajiet ta’ kuljum waqt skav bħal dan u jinkludi pjanti metikolużi u ritratti mis-sit.


Skip to content