Tema
Il-Jiem Ewropej tal-Wirt (EHD) 2025 se jiċċelebraw it-tema: Is-Sengħa tal-Ġebla u Lil Hinn Minnha: 7,000 Sena ta’ Arkitettura mill-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru sal-Ħadd, 12 ta’ Ottubru.
It-tema ta’ din is-sena tiċċelebra l-varjetà ta’ bini u strutturi i jinfurmaw l-ambjent ta’ madwarna – varjetà li tkpri stili, użu u perjodi differenti. L-arkitteturi tipprovdi vjaġġ fl-identità u l-passat komuni tagħna.
L-identità Maltija u dan il-wirt kulturali huma xhieda t’ influwenza Mediterranja, Għarbija u Ewropeja f’bosta eżempji, mil-pjanar tat-toroq sad-disinn tal-gallariji. Bħala terminu, arkittetura ġejja mil-lingwa Griega u tirrifletti il-kreattivia u l-ħila teknika li tirrikjedi dan il-qasam, kwalitajiet li jżewqu l-ambjent uniku ta’ Malta.
Il-wirt arkitettoniku ma jinsabx biss f’ monumenti u f’ binjiet kbar, iżda wkoll fit-toroq, djar u spazji oħra li jiffurmaw il-ħajja ta’ kuljum.
Il-Presidenza ta’ Malta fil-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa se seħħ mgħattul l-EHD ta’ din is-sena. Bħala inizjattiva konġunta tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropeja, il-EHD jibqgħu l-aktar proġetti kulturali parteċipattiv iċċelebrat madwar l-Ewropa. Diskors speċjali mill-Ministru għall-Kultura ser jitwassal biex jitnieda l-programm ta’ din is-sena.
“Il-Wirt Arkitettoniku” jistieden lill-komunitajiet biex jesploraw u jiċċelebraw l-istili arkitettoniċi differenti, il-perjodi differenti, u l-materjali li ffurmaw l-ambjent mibni Ewropew. Din it-tem tinkoraġġixxi ukoll apprezzament aktar profond għas-snajja, artiġjanat kif ukoll għall-wirt kulturali intaġġibli, filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza li jiġu protetti kemm il-binjiet tanġibli kif ukoll il-ħiliet assoċjati mal-bini ta’ dawn l-isttrutturi. Il-Jiem Ewropew tal- Wirt 2025 għandhom l-għan li jippromwovu fehim iktar profond dwar kif l-ambjent mibni jirrifletti u jinfluwenza l-istorja komuni tagħna, waqt li fl-istess ħin jispiraw sforzi biex jiġi protett u konservat dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Posters
Avvinimeti għall-JEW 2025
Iċċekkja l-katalgu tal-avvenimenti tagħna għall-EHDta’ din is-sena!
.