Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha l-irwol li tagħti pariri lill- Ministru fir-rigward ta’ rappurtaġġ u diskussjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu fis-settur tal-patrimonju kulturali. Is-Sovrintendenza għandha wkoll numru ta’ impenji diretti ma’ istituzzjonijiet reġjonali u internazzjonali fir-rigward ta’ konservazzjoni u promozzjoni tal-patrimonju kulturali Malti fuq bażi internazzjonali. Għal daqstant tagħmel kuntatt kontinwu mal-UNESCO, il-Kunsill Ewropew u l-Unjoni Ewropea. Is-Sovrintendenza tipparteċipa wkoll f’programmi Ewropej u Euro-Med kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll multi-laterali.